1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2013 — TCMFG vs Il-Kunsill
(Kawża T-404/11) (1)
(Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bl-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)
2013/C 156/73
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Turbo Compressor Manufacturer (TCMFG) (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: K. Kleinschmidt, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u J.-P. Hix, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u T. Scharf, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, p. 65), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, hija annullata, sa fejn tikkonċerna lil Turbo Compressor Manufacturer (TCMFG).
(2)
L-effetti tad-Deċiżjoni 2011/299, sa fejn tikkonċerna lil TCMFG, jinżammu matul perijodu li ma jistax jaqbeż xahrejn u għaxart ijiem minn mid-data li fiha tingħata din is-sentenza.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn TCMFG.
(4)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 290, 01.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy