21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Prosegur Compañía de Seguridad vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-406/11) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Selettività - Sistema ta’ riferiment - Deroga - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament - Impriżi benefiċjarji tal-miżura - Aspettattivi leġittimi”))
(2019/C 25/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Prosegur Compañía de Seguridad, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro u M. Muñoz de Juan, sussegwentement J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE tat-12 ta’ Jannar 2011 dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 135, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Prosegur Compañía de Seguridad, SA għandha ssostni, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 282, 24.9.2011.
Full & Egal Universal Law Academy