16.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 79/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2013 — Maharishi Foundation vs UASI (TRANSCENDENTAL MEDITATION)
(Kawża T-412/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TRANSCENDENTAL MEDITATION - Raġuni assoluta għal rifjut - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tibgħat lura l-każ quddiem id-Diviżjoni ta’ Eżami - Artikolu 65(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ammissibbiltà - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 - Pubbliku pertinenti)
2013/C 79/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Maharishi Foundation Ltd (Saint-Hélier, Jersey) (rappreżentant: A. Meijboom, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Rikors mid-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Marzu 2011 (Każ R 1293/2010-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali TRANSCENDENTAL MEDITATION bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Maharishi Foundation Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 282, 24.09.2011.
Full & Egal Universal Law Academy