26.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 313/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — De Nicola vs BEI
(Kawża T-418/11 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Assigurazzjoni għall-mard - Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż mediċi - Talba għal ħatra ta’ tabib indipendenti - Terminu raġonevoli - Ċaħda ta’ talba għall-proċedura ta’ konċiljazzjoni - Talba għal annullament - Talba għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi - Lis alibi pendens)
2013/C 313/45
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: inizjalment T. Gilliams u F. Martin, sussegwentement T. Gilliams u G. Nuvoli, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011, De Nicola vs BEI (F-49/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011, De Nicola vs BEI (F-49/10), hija annullata, sa fejn hija tiċħad it-talbiet ta’ C. De Nicola intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) li tiċħad it-talba tiegħu għal ħatra tat-tielet tabib.
(2)
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.
(3)
Id-deċiżjoni tal-BEI li tiċħad, minħabba tardività, it-talba ta’ C. De Nicola sabiex taħtar it-tielet tabib hija annullata.
(4)
C. De Nicola u l-BEI għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta kemm mal-istanza quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll ma’ din l-istanza.
(1) ĠU C 282, 24.09.2011.
Full & Egal Universal Law Academy