27.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 380/5
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2014 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-425/11) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Każinojiet Griegi - Skema li tipprovdi għal piż ta’ 80 % fuq biljetti tal-ammissjoni ta’ ammonti differenti - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ”))
2014/C 380/06
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Mylonopoulos u K. Boskovits, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, H. van Vliet u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/716/UE, tal-24 ta’ Mejju 2011, dwar Għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Greċja lil ċerti każinojiet Griegi (Il-miżura ta’ Għajnuna mill-Istat C 16/10 (ex NN 22/10, ex CP 318/09)) (ĠU L 285, p. 25).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/716/UE, tal-24 ta’ Mejju 2011, dwar Għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Greċja lil ċerti każinojiet Griegi (Il-miżura ta’ Għajnuna mill-Istat C 16/10 (ex NN 22/10, ex CP 318/09)) hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tar-Repubblika Ellenika.
(1) ĠU C 282, 24.9.2011.
Full & Egal Universal Law Academy