13.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 108/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2013 — Laboratoire Bioderma vs UASI — Cabinet Continental (BIODERMA)
(Kawża T-427/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali BIODERMA - Assenza ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża - Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009)
2013/C 108/62
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratoire Bioderma (Lyon, Franza) (rappreżentant: A. Teston, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cabinet Continental (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J.-C. Brun, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Frar 2011 (Każ R 861/2009-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Cabinet Continental u Laboratoire Bioderma.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Frar 2011 (Każ R 861/2009-1) hija annullata sa fejn din tikkonċerna s-sustanzi tad-dieta għal użu mediku li jaqgħu fil-klassi 5.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Laboratoire Bioderma għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-UASI u ta’ Cabinet Continental.
(4)
L-UASI u Cabinet Continental għandhom ibatu nofs l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 298, 08.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy