16.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 174/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 2012 — Universal Display vs UASI (UniversalPHOLED)
(Kawża T-435/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali UniversalPHOLED - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7, (1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 174/33
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Universal Display Corp. (Ewing, New Jersey, L-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Poulter u C. Lehr, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Mejju 2011 (Każ R 215/2011-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali UniversalPHOLED bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Universal Display Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 298, 8.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy