7.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 212/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014 – Catinis vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-447/11) (1)
([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar investigazzjoni tal-OLAF dwar it-twettiq ta’ proġett ta’ modernizzar tal-infrastruttura fis-Sirja - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-iskop ta’ spezzjonijiet, investigazzjoni u verifiki”])
2014/C 212/27
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Lian Catinis (Damas, is-Sirja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), tal-10 ta’ Ġunju 2011, li jirrifjuta, minn naħa, li jilqa’ l-allegata talba intiża għall-għeluq tal-investigazzjoni tal-OLAF dwar it-twettiq ta’ proġett ta’ modernizzar tal-infrastruttura fis-Sirja u, min-naħa l-oħra, li jipprovdi l-aċċess għal ċerti dokumenti mill-fajl ta’ din l-investigazzjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Lian Catinis huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 298, 8.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy