27.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 380/8
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2014 – Galileo International Technology vs UASI – ESA u Il-Kummissjoni (GALILEO)
(Kawża T-450/11) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GALILEO - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti GALILEO - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ xebh bejn il-prodotti u servizzi inkwistjoni”])
2014/C 380/09
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Galileo International Technology LLC (Bridgetown, il-Barbados) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, M. Blair u K. Gilbert, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Samnada u F. Wilman, aġenti); u l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Buydens, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ April 2011 (Każ R 1423/2005-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Galileo International Technology LLC u l-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Galileo International Technology LLC għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk esposti mill-UASI.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Spazjali Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
(1) ĠU C 298, 08.10.2011
Full & Egal Universal Law Academy