21.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 377/12
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2013 — Europol vs Kalmár
(Kawża T-455/11 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Kuntratt għal żmien determinat - Tkeċċija - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Kumpens pekunjarju)
2013/C 377/27
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Appellant: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (rappreżentanti: D. Neumann, D. El Khoury u J. Arnould, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u E. Antypas, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Andreas Kalmár (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: D. Coppens, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Mejju 2011, Kalmár vs Europol (F-83/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Andreas Kalmár fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 290, 01.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy