26.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 313/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — Valeo Vision vs Il-Kummisjoni
(Kawża T-457/11) (1)
(Rikors għal annullament - Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda - Intestatura tariffarja - Nuqqas ta’ interess individwali - Att leġiżlattiv li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà)
2013/C 313/46
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Valeo Vision (Bobigny, Franza) (rappreżentant: R. Ledru, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. R. Killmann u L. Keppenne, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 603/2011, tal-20 ta’ Ġunju 2011, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 163, p. 10)
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Valeo Vision hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 298, 8.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy