27.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2012 — Scandic Distilleries vs UASI — Bürgerbräu, Röhm & Söhne (BÜRGER)
(Kawża T-460/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BÜRGER - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Bürgerbräu - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 331/42
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Scandic Distilleries SA (Bihor, ir-Rumanija) (rappreżentant: Á. László, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Bürgerbräu, August Röhm & Söhne KG (Bad Reichenhall, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Mejju 2011 (Każ R 1962/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bürgerbräu, August Röhm & Söhne KG u Scandic Distilleries SA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Scandic Distilleries SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 331,12.11.2011
Full & Egal Universal Law Academy