9.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2012 — Natura Selection vs UASI — Ménard (natura)
(Kawża T-461/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva natura - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti NATURA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 38/35
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Natura Selection, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. García Murillo u D. Botis, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Ernest Ménard SA (Bourseul, Franza)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Ġunju 2006 (Każ R 2454/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ernest Ménard SA u Natura Selection, SL.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Natura Selection, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 340, 19.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy