19.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 304/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Globula vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-465/11) (1)
(Suq intern tal-gass naturali - Direttiva 2003/55/KE - Obbligu tal-impriżi tal-gass naturali li jorganizzaw sistema ta’ aċċess innegozjat għal terzi għall-faċilitajiet ta’ ħażna tal-gass - Deċiżjoni tal-awtoritajiet Ċeki li tagħti lir-rikorrenti deroga temporanja għall-faċilitajiet futuri tagħha ta’ ħażna tal-gass taħt l-art f’Dambořice - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna lir-Repubblika Ċeka li tirtira d-deċiżjoni ta’ deroga - Applikazzjoni ratione temporis tad-Direttiva 2003/55)
2013/C 304/27
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Globula a.s. (Hodonín, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: M. Petite, D. Paemen, A. Tomtsis, D. Koláček u P. Zákoucký, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u T. Scharf, aġenti)
Parti konvenuta insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Očková u T. Müller, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 4509, tas-27 ta’ Ġunju 2011, dwar id-deroga fir-rigward tal-faċilità ta’ ħażna tal-gass taħt l-art f’Dambořice fid-dawl tar- regoli tas-suq intern rigward l-aċċess għal terzi.
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 4509, tas-27 ta’ Ġunju 2011, dwar id-deroga fir-rigward tal-faċilità ta’ ħażna tal-gass taħt l-art f’Dambořice fid-dawl tar-regoli tas-suq intern rigward l-aċċess għal terzi, hija annullata.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk ta’ Globula a.s.
(3)
Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 305, 15.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy