15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2015 – Total u Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-470/11) (1)
((“Kompetizzjoni - Suq tal-metakrilati - Multi - Responsabbiltà in solidum tal-kumpanniji parent u tas-sussidjarja tagħhom għall-aġir ta’ ksur ta’ din tal-aħħar - Ħlas immedjat u sħiħ tal-multa mis-sussidjarja - Tnaqqis tal-ammont tal-multa tas-sussidjarja wara sentenza tal-Qorti Ġenerali - Ittri tal-Kummissjoni li jeżiġu mill-kumpanniji parent il-ħlas tas-somma rrimborsata minnha lis-sussidjarja, miżjuda bl-interessi moratorji - Rikors għal annullament - Att kontestabbli - Ammissibbiltà - Interessi moratorji”))
(2015/C 198/36)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Total SA (Courbevoie, Franza); u Elf Aquitaine SA (Courbevoie) (rappreżentanti: inizjalment A. Noël-Baron u É. Morgan de Rivery, sussegwentement É. Morgan de Rivery u E. Lagathu, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u V. Bottka, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-ittri tal-Kummissjoni BUDG/DGA/C4/BM/s746396, tal-24 ta’ Ġunju 2011, u BUDG/DGA/C4/BM/s812886, tat-8 ta’ Lulju 2011, jew, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammonti mitluba jew, iktar sussidjarjament, għall-annullament tal-interessi moratorji mitluba mingħand Elf Aquitaine, fl-ammont ta’ EUR 3 1 3 12 114,58, li għalihom Total hija marbuta in solidum sal-ammont ta’ EUR 1 9 1 91 296,03
Dispożittiv
1)
L-ittri tal-Kummissjoni BUDG/DGA/C4/BM/s746396, tal-24 ta’ Ġunju 2011, u BUDG/DGA/C4/BM/s812886, tat-8 ta’ Lulju 2011, huma annullati sa fejn il-Kummissjoni Ewropea eżiġiet fihom mingħand Elf Aquitaine SA interessi moratorji fl-ammont ta’ EUR 3 1 3 12 114,58 li għalihom Total SA ġiet marbuta in solidum sal-ammont ta’ EUR 1 9 1 91 296,03.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni għandha tbati żewġ partijiet minn ħames partijiet tal-ispejjeż ta’ Total u ta’ Elf Aquitaine u tliet partijiet minn ħames partijiet tal-ispejjeż tagħha. Total u Elf Aquitaine għandhom ibatu, min-naħa tagħhom, tliet partijiet minn ħames partijiet tal-ispejjeż tagħhom u żewġ partijiet minn ħames partijiet tal-ispejjeż tal-Kummissjoni.
(1) ĠU C 319, 29.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy