16.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2014 – Longevity Health Products vs UASI – Weleda Trademark (MENOCHRON)
(Kawża T-473/11) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MENOCHRON - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti MENODORON - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 184/44
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (Nassau, il-Baħamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Weleda Trademark AG (Arlesheim, l-Isvizzera) (rappreżentant: W. Haring, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Lulju 2010 (Każ R 2345/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Weleda Trademark AG u Longevity Health Products, Inc.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Longevity Health Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 311, 22.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy