29.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2015 – Technion u Technion Research & Development Foundation vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-480/11) (1)
([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti meħuda inkunsiderazzjoni fil-kuntest ta’ awditu finanzjarju fuq l-eżekuzzjoni ta’ ċerti kuntratti ta’ riċerka konklużi fil-kuntest tas-sitt programm kwadru dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp tekonoloġiku u ta’ dimostrazzjoni - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-għanijiet ta’ attivitajiet ta’ ispezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu - Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali - Interess pubbliku ikbar”])
(2015/C 213/45)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Technion – Israel Institute of Technology (Haïfa, Iżrael); u Technion Research & Development Foundation Ltd (Haïfa) (rappreżentanti: inizjalment D. Grisay u D. Piccininno, sussegwentement D. Grisay u C. Hartman, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Costa de Oliveira u C. ten Dam, sussegwentement F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2011 li tirrifjuta lil Technion – Israel Institute of Technology l-aċċess għal dokumenti meħuda inkunsiderazzjoni fil-kuntest ta’ awditu finanzjarju fuq l-eżekuzzjoni ta’ ċerti kuntratti ta’ riċerka konklużi fil-kuntest tas-sitt programm kwadru tal-Komunità Ewropea dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp tekonoloġiku u ta’ dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għar-realizzazzjoni ta’ spazju Ewropew tar-riċerka u tal-innovazzjoni (2002-2006)
Dispożittiv
1)
Ir-reikors huwa miċħud.
2)
Technion – Israel Institute of Technology u Technion Research & Development Foundation Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 340, 19.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy