15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/12
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Orange Polska vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-486/11) (1)
((“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq Pollakk tat-telekomunikazzjonijiet - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 102 TFUE - Kundizzjonijiet imposti mill-operatur storiku sabiex jiġi awtorizzat l-aċċess remunerat ta’ operaturi ġodda fin-netwerk u għas-servizzi ta’ broadband għall-operaturi - Interess leġittimu sabiex jiġi kkonstatat ksur - Multi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Proporzjonalità - Ġurisdizzjoni sħiħa - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi tal-2006”))
(2016/C 059/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Orange Polska S.A. li kienet Telekomunikacja Polska S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: inizjalment M. Modzelewska de Raad, P. Paśnik, S. Hautbourg, avukati, A. Howard, barrister, u C. Vajda, QC, sussegwentement M. Modzelewska de Raad, P. Paśnik, S. Hautbourg, A. Howard u D. Beard, QC)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Gencarelli, K. Mojzesowicz u G. Koleva, sussegwentement K. Mojzesowicz, G. Koleva u M. Malferrari u finalment G. Koleva, M. Malferrari, É. Gippini Fournier u J. Szczodrowski, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: P. Rosiak u K. Karasiewicz, avukati)
Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: European Competitive Telecommunications Association (rappreżentanti: inizjalment P. Alexiadis u J. MacKenzie, sussegwentement J. MacKenzie, solicitors)
Suġġett
Minn naħa, talba għal annullament integrali jew parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 4378 finali, tat-22 ta’ Ġunju 2011, dwar proċedura ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE (Każ COMP/39.525 – Telekomunikazzjonijiet Pollakki), u, min-naħa l-oħra, talba maħsuba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta mill-Kummissjoni fl-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Orange Polska S.A. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji u l-European Competitive Telecommunications Association għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom.
(1) ĠU C 340, 19.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy