9.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Banco Privado Português u Massa Insolvente do Banco Privado Português vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-487/11) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Settur finanzjarju - Garanzija mill-Istat marbuta ma’ self bankarju - Għajnuna intiża li tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru - Artikolu 107(3)(b) TFUE - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni tal-impriżi f’diffikultà - Konformità mal-avviżi tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna fis-settur finanzjarju fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja - Aspettattiva leġittima - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2015/C 046/52)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Banco Privado Português, SA (Lisbona, il-Portugall); u Massa Insolvente do Banco Privado Português, SA (Lisbona) (rappreżentanti: C. Fernández Vicién, F. Pereira Coutinho, M. Esperança Pina, T. Mafalda Santos, R. Leandro Vasconcelos u A. Kéri, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u M. Afonso, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2011/346/UE, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat C 33/09 (ex NN 57/09, ex CP 191/09) implementata mill-Portugall fil-forma ta’ garanzija tal-Istat lil BPP (ĠU 2011. L 159, p. 95).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Banco Privado Português, SA u Massa Insolvente do Banco Privado Português, SA huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 340, 19.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy