4.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2013 — Ruse Industry vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-489/11) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-Bulgarija fil-forma ta’ abbandun ta’ djun - Deċiżjoni li tiddikjara din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u tordna l-irkupru tagħha - Għajnuna ġdida - Distorsjoni tal-kompetizzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2013/C 129/35
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrenti: Ruse Industry (Ruse, il-Bulgarija) (rappreżentanti: A. Angelov u S. Panov, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes u D. Stefanov, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/706/UE, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28903 (C-12/2010) (ex N 389/2009) mogħtija mill-Bulgarija lil Ruse Industry (ĠU 2012, L 320, p. 27).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ruse Industry AD għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 347, 26.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy