20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2015 – Ir-Renju Unit vs BĊE
(Kawża T-496/11) (1)
((“Politika ekonomika u monetarja - BĊE - Rikors għal annullament - Qafas ta’ sorveljanza tal-Eurosistema - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Sorveljanza tas-sistemi ta’ ħlas u ta’ regolarizzazzjoni ta’ titoli - Rekwiżit ta’ lokalizzazzjoni fi Stat Membru tal-Eurosistema applikat għas-sistemi ta’ clearing minn kontroparti ċentrali - Kompetenza tal-BĊE”))
(2015/C 127/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Renju Unit u tal-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Ossowski, S. Behzadi-Spencer u E. Jenkinson, sussegwentement S. Behzadi-Spencer u E. Jenkinson, u finalment V. Kaye, aġenti, assistiti minn K. Beal, QC, u P. Saini, QC)
Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: inizjalment A. Sáinz de Vicuña Barroso u K. Laurinavičius, sussegwentement A. Sáinz de Vicuña Barroso u P. Papapaschalis u finalment M. Papapaschalis u P. Senkovic, aġenti, assistiti minn R. Subiotto, QC, F.-C. Laprévote, avukat, u P. Stuart, barrister)
Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, C. Meyer-Seitz, C. Stege, S. Johannesson, U. Persson u H. Karlsson, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, abogado del Estado); u r-Repubblika Franċiża (rappreżentanti G. de Bergues, D. Colas u E. Ranaivoson, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-qafas ta’ sorveljanza tal-Eurosistema ppubblikat mill-BĊE fil-5 ta’ Lulju 2011, sa fejn dan jistabbilixxi rekwiżit ta’ lokalizzazzjoni applikabbli għall-kontropartijiet ċentrali stabbiliti fi Stati Membri li ma jifformawx parti mill-Eurosistema.
Dispożittiv
1)
Il-qafas ta’ sorveljanza tal-Eurosistema, ippubblikat mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fil-5 ta’ Lulju 2011, huwa annullat sa fejn dan jistabbilixxi rekwiżit ta’ lokalizzazzjoni fi ħdan Stat Membru tal-Eurosistema għall-kontropartijiet ċentrali li jintervjenu fil-clearing ta’ titoli finanzjarji.
2)
Il-BĊE għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
3)
Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 340, 19.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy