10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-498/11) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Rinnovament ta’ sit internet - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Rikors għal annullament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kriterji ta’ għoti - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Talba għad-danni”))
2014/C 395/36
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis, M. Dermitzakis u N. Theologou, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u F. Moro, aġenti, assistiti minn P. Wytinck u T. Ruys, avukati)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (OP), li tiġi miċħuda l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fir-rigward ta’ provvista ta’ servizzi li għandha bħala suġġett l-immodernizzar tas-sit internet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) kif ukoll talba għall-annullament tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 347, 26.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy