29.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 189/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2013 — Sanofi Pasteur MSD vs UASI — Mundipharma (Rappreżentazzjoni ta’ żewġt imnieġel kontra xulxin)
(Kawża T-502/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja li tirrappreżenta żewġt imnieġel kontra xulxin - Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw żewġ żigarelli kontra xulxin - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009)
2013/C 189/41
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Sanofi Pasteur MSD SNC (Lyon, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan, P. Péters u V. Wellens, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mundipharma AG (Bâle, l-Isvizzera) (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Lulju 2011 (Każ R 1904/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sanofi Pasteur MSD SNC u Mundipharma AG.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Sanofi Pasteur MSD SNC hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 340, 19.11.2011
Full & Egal Universal Law Academy