16.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 79/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2013 — Hartmann vs UASI — Protecsom (DIGNITUDE)
(Kawża T-504/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DIGNITUDE - Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali preċedenti Dignity - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 79/31
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Paul Hartmann AG (Heidenheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Aicher, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Protecsom SAS (Valognes, Franza)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Lulju 2011 (Każ R 1197/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Paul Hartmann AG u Protecsom SAS.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Paul Hartmann AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 340, 19.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy