3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/71
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2013 — Aldi vs UASI — Dialcos (dialdi)
(Kawża T-505/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva dialdi - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ALDI - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 225/157
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, L. Kolks u C. Fürsen, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dialcos SpA (Due Carrare, l-Italja) (rappreżentant: B. Saguatti, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Lulju 2011 (Każ R 1097/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aldi GmbH & Co. KG u Dialcos SpA.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-5 ta’ Lulju 2011 (Każ R 1097/2010-2) hija annullata.
(2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Aldi GmbH & Co. KG.
(3)
Dialcos SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 355, 3.12.2011.
Full & Egal Universal Law Academy