20.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 372/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2014 – MasterCard et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-516/11) (1)
((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relattivi għal studju dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji għan-negozjanti li jaċċettaw metodi ta’ ħlas differenti - Dokumenti li joriġinaw minn terzi - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terzi”))
2014/C 372/17
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: MasterCard, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti); MasterCard International, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti); u MasterCard Europe (Waterloo, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment B. Amory, V. Brophy u S. McInnes, sussegwentement B. Amory u V. Brophy, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u V. Bottka, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Lulju 2011, li tiċħad li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti redatti minn terz relattivi għal studju dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji għan-negozjanti li jaċċettaw metodi ta’ ħlas differenti.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-12 ta’ Lulju 2011, li tiċħad li tagħti lil MasterCard, Inc., lil MasterCard International, Inc. u lil MasterCard Europe l-aċċess għal ċerti dokumenti redatti minn terz relattivi għal studju dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji għan-negozjanti li jaċċettaw metodi ta’ ħlas differenti hija annllata inkwantu din tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti relattivi:
—
għall-ispejjeż u għall-benefiċċji għan-negozjanti li jaċċettaw metodi ta’ ħlas differenti (rapport inizjali tat-2 ta’ Ġunju 2009);
—
għall-ispejjeż u għall-benefiċċji għan-negozjanti li jaċċettaw metodi ta’ ħlas differenti – Parti 1 tar-rapport ta’ metodoloġija, tat-28 ta’ Settembru 2009 [verżjoni riveduta li tinkludi l-osservazzjonijiet trażmessi mill-partijiet ikkonċernati u mid-Direttorat Ġenerali (DĠ) “Kompetizzjoni” tal-Kummissjoni];
—
għar-riżultati tal-intervisti fid-dettall fuq l-ispejjeż tal-ħlasijiet: l-analiżi tal-intervisti fid-dettall li saru fl-Ungerija, fil-Pajjiżi l-Baxxi u fir-Renju Unit fil-15 ta’ Jannar 2010 (verżjoni pprovduta fid-9 ta’ Marzu 2010);
—
għall-abbozz ta’ kwestjonarju online tat-8 ta’ Marzu 2010;
—
għar-riżultati u għall-konklużjonijiet tat-test ta’ fattibbiltà fuq l-internet: abbozz ta’ rapport tal-24 ta’ Mejju 2010.
2)
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 347, 26.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy