14.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2014 – Genebre vs UASI – General Electric (GE)
(Kawża T-520/11) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti GE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])
2014/C 112/35
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Genebre, SA (Hospitalet de Llobregat, Spanja) (rappreżentant: D. Pellisé Urquiza, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: General Electric Company (Schenectady, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment S. Malynicz, barrister, sussegwentement E. Armijo Chávarri, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Lulju 2011 (Każ R 20/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn General Electric Company u Genebre SA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Genebre SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 13, 14.01.2012.
Full & Egal Universal Law Academy