3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/73
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2013 — Otero González vs UASI — Apli Agipa (APLI AGIPA)
(Kawża T-522/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali APLI-AGIPA - Trade mark verbali preċedenti AGIPA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Paragun tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 225/160
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: José Luis Otero González (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Correa, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Apli-Agipa SAS (Dormans, Franza) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Lulju 2011 (Każ R 1454/2010-2), dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn José Luis Otero González u Apli-Agipa SAS.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-13 ta’ Lulju 2011 (Każ R 1454/2010-2), dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn José Luis Otero González u Apli-Agipa SAS hija annullata, sa fejn tilqa’ r-rikors ta’ Apli-Agipa u tawtorizzalha r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarju verbali AGIPA għal “ritratti, adeżivi, (sustanza li twaħħal) għall-użu ta’ kartolerija jew tad-dar, pniezel, oġġetti neċessarji għall-uffiċċju (apparti l-għamara), materjal għat-tagħlim jew għat-taħriġ (ħlief apparat); materjali tal-plastik għall-ippakkjar (mhux inklużi fi klassijiet oħra), tipa tal-printer; inċiżjonijiet tal-istampar”, li jaqgħu taħt il-klassi 16 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
L-UASI huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn J. L. Otero González.
(4)
Agli-Agipa għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 13, 14.1.2012.
Full & Egal Universal Law Academy