22.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2014 – Volvo Trademark vs UASI – Hebei Aulion Heavy Industries (LOVOL)
(Kawża T-525/11) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LOVOL - Trade marks Komunitarji verbali u figurattivi u trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti VOLVO - Raġuni relattiva għal rifjut - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2014/C 462/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Volvo Trademark Holding AB (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentant: M. Treis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hebei Aulion Heavy Industries Co., Ltd (Zhangjiakou, iċ-Ċina) (rappreżentant: A.I. Alejos Cutuli, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 1868/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Volvo Trademark Holding AB u Hebei Aulion Heavy Industries Co., Ltd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Volvo Trademark Holding AB hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 355, 03.12.2011.
Full & Egal Universal Law Academy