1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali fid-19 ta’ April 2013 — Hultafors Group vs UASI — Società Italiana Calzature (Snickers)
(Kawża T-537/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Snickers - Trade mark nazzjonali preċedenti verbali KICKERS - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 156/77
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hultafors Group AB (Bollebygd, l-Isvezja) (rappreżentanti: A. Rasmussen u T. Swanstrøm, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Società Italiana Calzature SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cantalupi, A. Rapisardi u C. Ginevra, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Awwissu 2011 (Każ R 2519/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn is-Società Italiana Calzature SpA u Hultafors Group AB.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Hultafors Group AB hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u mis-Società Italiana Calzature SpA matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, u għall-ispejjeż sostnuti mis-Società Italiana Calzature SpA għall-finijiet tal-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell
(1) ĠU C 362, 10.12.2011.
Full & Egal Universal Law Academy