24.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/8
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2013 — Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-552/11) (1)
(Rikors għal annullament - Kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għal proġett fil-qasam tal-kollaborazzjoni medika - Nota ta’ debitu - Natura kuntrattwali tal-kawża - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà - Kontrotalba għal ħlas)
2013/C 245/11
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: E. Tzannini, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande u S. Lejeune, aġenti, assistiti minn E. Petritsi, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament ta’ nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni fid-9 ta’ Settembru 2011 għall-irkupru tas-somma ta’ EUR 83 001,09 imħallsa lir-rikorrenti fil-kuntest ta’ għajnuna finanzjarja insostenn ta’ proġett u, min-naħa l-oħra, kontrotalba intiża għall-kundanna tar-rikorrenti għall-ħlas tal-imsemmija somma, flimkien mal-interessi.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors għal annullament huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro AE hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea ammont ta’ EUR 83 001,09 bħala kapital u EUR 11.37 kull jum bħala interessi moratorji skaduti mill-25 ta’ Ottubru 2011 sal-ħlas tad-dejn prinċipali.
(3)
Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 6, 07.01.2012.
Full & Egal Universal Law Academy