7.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 212/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2014 – European Dynamics Luxembourg vs BĊE
(Kawża T-553/11) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Għoti ta’ servizzi fil-qasam tal-infrastruttura u tas-sistemi informatiċi favur il-BĊE - Ċaħda tal-kandidatura - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Kriterji ta’ selezzjoni - Konformità ta’ kandidatura mal-kundizzjonijiet previsti mis-sejħa għal kandidaturi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Nuqqas ta’ eżerċizzju tas-setgħa li tintalab informazzjoni dwar kandidatura - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Rikors għad-danni”))
2014/C 212/28
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: F. von Lindeiner u P. Pfeifhofer, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tiċħad il-kandidatura ta’ grupp temporanju ta’ impriżi, li jinkludi lir-rikorrenti, fi proċedura ta’ sejħa għal offerti nnegozjata dwar servizzi informatiċi, tad-deċiżjoni tal-Awtorità għas-sorveljanza tal-kuntratti pubbliċi tal-BĊE li tiċħad ir-rikors kontra din id-deċiżjoni ta’ ċaħda, kif ukoll tad-deċiżjonijiet kollha marbuta tal-BĊE u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
European Dynamics Luxembourg SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).
(1) ĠU C 6, 7.1.2012.
Full & Egal Universal Law Academy