13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 – European Dynamics Luxembourg et vs EUIPO
(Kawża T-556/11) (1)
((Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Żvilupp ta’ softwer u servizzi ta’ manutenzjoni - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Klassifikazzjoni ta’ offerenti fi proċedura ta’ kaskata - Raġunijiet għall-esklużjoni - Kunflitt ta’ interessi - Ugwaljanza fit-trattament - Dmir ta’ diliġenza - Kriterji ta’ għoti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Telf ta’ opportunità))
(2016/C 211/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu), European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju), Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment N. Korogiannakis, M. Dermitzakis u N. Theologou, sussegwentement I. Ampazis u finalment M. Sfyri, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: inizjalment N. Bambara u M. Paolacci, sussegwentement N. Bambara, aġenti, assistiti minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EUIPO, ikkomunikata permezz tal-ittra tal-11 ta’ Awwissu 2011 u adottata fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti AO/029/10, intitolata “Żvilupp ta’ softwer u servizzi ta’ manutenzjoni”, li tiċħad l-offerta ppreżentata minn European Dynamics Luxembourg d-deċiżjonijiet l-oħra kollha konnessi tal-EUIPO adottati fil-kuntest tal-istess proċedura, inklużi dawk li jagħtu l-kuntratt lil offerenti oħra, u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), ikkomunikata permezz tal-ittra 11 ta’ Awwissu 2011, adottata fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti AO/029/10, intitolata “Żvilupp ta’ softwer u servizzi ta’ manutenzjoni”, li tiċħad l-offerta ppreżentata minn European Dynamics Luxembourg SA u d-deċiżjonijiet l-oħra relatati tal-EUIPO, adottati fil-kuntest tal-istess proċedura, fosthom dawk li jagħtu l-kuntratt lil tliet offerenti oħra, bħala offerenti magħżula tal-ewwel sat-tielet postijiet skont il-proċedura ta’ kaskata, huma annullati.
2)
L-EUIPO għandu jikkumpensa d-dannu subit minn European Dynamics Luxembourg għal telf ta’ opportunità li tingħata l-kuntratt qafas bħala, minn tal-inqas, it-tielet kontraenti skont il-proċedura ta’ kaskata.
3)
Il-partijiet għandhom jittrażmettu lill-Qorti Ġenerali, f’terminu ta’ tliet xhur dekorribbli mid-data tal-għoti tas-sentenza, l-ammont pagabbli tal-kumpens, stabbilit bi ftehim komuni.
4)
Fin-nuqqas ta’ ftehim, il-partijiet għandhom jibagħtu lill-Qorti Ġenerali, fl-istess terminu, it-talbiet tagħhom espressi f’ċifri.
5)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 6, 7/1/2012.
Full & Egal Universal Law Academy