12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2012 — Atlas vs UASI — Couleurs de Tollens (ARTIS)
(Kawża T-558/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ARTIS - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ARTIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 9/63
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Atlas sp. z o.o. (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Couleurs de Tollens (Clichy, Franza) (rappreżentant: J. G. Monin, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Lulju 2011 (Każ R 1253/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Couleurs de Tollens-Agora u Atlas sp. z o.o.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Atlas sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż, inkluż fosthom l-ispejjeż indispensabbli esposti mill-Couleurs de Tollens għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
(1) ĠU C 13, 14.1.2012.
Full & Egal Universal Law Academy