16.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Jannar 2013 — Kokomarina vs UASI — Euro Shoe Unie (interdit de me gronder IDMG)
(Kawża T-568/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva interdit de me gronder IDMG - Trade mark tal-Benelux verbali preċedenti DMG - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Kontestazzjoni tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti mqajma għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali)
2013/C 46/32
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Kokomarina (Concarneau, Franza) (rappreżentant: C. Charrière Bournazel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Euro Shoe Group (Beringen, il-Belġju) (rappreżentant: I. Vernimme, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-UASI fil-Każ R 1814/2010-1, tal-21 ta’ Lulju 2011, dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Euro Shoe Unie u Kokomarina.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Kokomarina hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 13, 14.01.2012.
Full & Egal Universal Law Academy