29.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2014 — Oetker Nahrungsmittel vs UASI (La qualité est la meilleure des recettes)
(Kawża T-570/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali La qualité est la meilleure des recettes - Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2014/C 93/36
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG (Bielefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Graf von Stotsch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: K. Klüpfel u A. Schifko, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord Suprem tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Lulju 2011 (Kaz R 1798/2010-G), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali La qualité est la meilleure des recettes bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 13, 14.01.2012.
Full & Egal Universal Law Academy