4.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2013 — El Corte Inglés vs UASI — Chez Gerard (CLUB GOURMET)
(Kawża T-571/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CLUB GOURMET - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CLUB DEL GOURMET, EN.... El Corte Inglés - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Argumenti u provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali)
2013/C 129/36
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela u J. L. Rivas Zurdo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Groupe Chez Gerard Restaurants Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Lulju 2011 (Każ R 1946/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA u Groupe Chez Gerard Restaurants Ltd.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
El Corte Inglés, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 13, 14.01.2012.
Full & Egal Universal Law Academy