8.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 190/9
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ April 2015 – Schenker Customs Agency vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-576/11) (1)
([“Unjoni doganali - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Importazzjoni ta’ glifosat li joriġina mit-Tajwan - Applikazzjoni għal remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni mressqa minn aġent tad-dwana - Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Klawżola ta’ ekwità - Eżistenza ta’ sitwazzjoni partikolari - Dikjarazzjonijiet ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera - Ċertifikati ta’ oriġini żbaljati - Kunċett ta’ negliġenza manifesta - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara r-remissjoni tad-dazji mhux iġġustifikata”])
(2015/C 190/10)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Schenker Customs Agency BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. Biermasz u A. Jansen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Keppenne u F. Wilman, sussegwentement A. Caeiros u B.-R. Killmann, aġenti, assistiti minn Y. Van Gerven, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 5208 finali, tas-27 ta’ Lulju 2011, li tikkonstata f’każ partikolari li r-remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni ma’ hijiex ġustifikata f’każ partikolari (Każ REM 01/2010).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Schenker Customs Agency BV hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 25, 28.1.2012.
Full & Egal Universal Law Academy