3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/73
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2013 — McNeil vs UASI — Alkalon (NICORONO)
(Kawża T-580/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali NICORONO - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti NICORETTE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 225/161
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: McNeil AB (Helsingborg, l-Isvezja) (rappreżentanti: I. Starr, solicitor, u G. Tritton, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Alkalon ApS (Kopenħagen, id-Danimarka)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Awwissu 2011 (Każ R 1582/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn McNeil AB u Alkalon Ap.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Awwissu 2011 (Każ R 1582/2010-2), hija annullata.
(2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 25, 28.1.2012.
Full & Egal Universal Law Academy