7.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 359/9
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2013 — Dimian vs UASI — Bayer Design Fritz Bayer (Baby Bambolina)
(Kawża T-581/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva Baby Bambolina - Trade mark nazzjonali preċedenti mhux irreġistrata Bambolina - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma huwiex biss lokali - Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009)
2013/C 359/14
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Dimian AG (Nuremberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Pozzi u G. Ghisletti, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bayer Design Fritz Bayer GmbH & Co. KG (Michelau, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Pröll, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Awwissu 2011 (Każ R 1822/2010-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Dimian AG u Bayer Design Fritz Bayer GmbH & Co. KG.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Dimian AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 25, 28.01.2012.
Full & Egal Universal Law Academy