15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2015 – Al-Chihabi vs Il-Kunsill
(Kawża T-593/11) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata - Proporzjonalità”))
(2015/C 198/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Fares Al-Chihabi (Alep, is-Sirja) (rappreżentanti: inizjalment L. Ruessmann u W. Berg, avukati, sussegwentement L. Ruessmann u J. Beck, solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalement S. Boelaert u T. Scharf, sussegwentement T. Scharf u M. Konstantinidis, aġenti)
Objet
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/522/PESK, tat-2 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 228, p. 16), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 878/2011, tat-2 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 228, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (ĠU L 319, p. 56), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad-29 ta’ Novembru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-Deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 330, p. 21), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1117/2012, tad-29 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 330, p. 9), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jimplimenta r-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 111, p. 1), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14), kif ukoll ta’ kull leġiżlazzjoni sussegwenti sa fejn din iżżomm fis-seħħ jew tissostitwixxi dawn l-atti, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Fares Al-Chihabi huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għall-dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 25, 28.01.2012.
Full & Egal Universal Law Academy