10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Dansk Automat Brancheforening vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-601/11) (1)
((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Logħob online - Stabbiliment fid-Danimarka ta’ taxxi inqas għolja għal-logħob online milli għall-casinos u għas-swali tal-logħob - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Għajnuna intiża li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet - Nuqqas ta’ interess individwali - Att regolatorju li jinvolvi miżuri ta’ implementazzjoni - Inammissibbiltà”))
2014/C 395/37
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Partijiet
Rikorrenti: Dansk Automat Brancheforening (Fredericia, id-Danimarka) (rappreżentanti: K. Dyekjær, T. Høg u J. Flodgaard, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Afonso u C. Barslev, sussegwentement M. Afonso u L. Grønfeldt, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment C. Vang, sussegwentement M. Wolff u C. Thorning, aġenti, assistiti minn K. Lundgaard Hansen, avukat); Ir-Repubblika ta’ Malta (rappreżentanti: P. Grech u A. Buhagiar, aġenti); Betfair Group plc (Londra, ir-Renju Unit) u Betfair International Ltd (Santa Venera, Malta) (rappreżentanti: O. Brouwer u A. Pliego Selie, avukati); European Gaming and Betting Association (EGBA) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: C. D. Ehlermann, J. C. Heithecker u J. Ylinen, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/140/UE, tal-20 ta’ Settembru 2011, dwar il-miżura C 35/10 (ex N 302/10) li d-Danimarka qed tippjana biex timplimenta fil-forma ta’ Dazji fuq il-Logħob tal-Azzard Onlajn fl-Att Daniż dwar id-Dazji fuq il-Logħob tal-Azzard (ĠU 2012, L 68, p. 3).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Dansk Automat Brancheforening għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha marbuta mal-proċedura prinċipali, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, Betfair Group plc, Betfair International Ltd u European Gaming and Betting Association (EGBA).
3)
Dansk Automat Brancheforening għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha marbuta mal-proċeduri għall-miżuri provviżorji, dawk sostnuti mill-Kummissjoni.
4)
Ir-Renju tad-Danimarka u r-Repubblika ta’ Malta għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 25, 28.01.2012.
Full & Egal Universal Law Academy