4.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 146/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2015 – Spa Monopole vs UASI – South Pacific Management (Manea Spa)
(Kawża T-611/11) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MANEA SPA - Trade marks verbali u figurattivi preċedenti tal-Benelux SPA, u trade mark verbali preċedenti tal-Benelux LES THERMES DE SPA - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2015/C 146/46)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju) (rappreżentanti: L. De Brouwer, E. Cornu u E. De Gryse, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: South Pacific Management (Papeete, Tahiti, Franza) (rappreżentanti: S. de La Marnierre u E. Landon, avukati)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Settembru 2011 (Kawżi magħquda R 1176/2010-1 u R 1886/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV u South Pacific Management.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-8 ta’ Settembru 2011 (Kawżi magħquda R 1176/2010-1 u 1886/2010-1) hija annullata.
2)
L-UASI u South Pacific Management huma kkundannati kull wieħed ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll l-ispejjeż ta’ Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV.
(1) ĠU C 32, 4.2.2012.
Full & Egal Universal Law Academy