4.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2013 — Yueqing Onesto Electric vs UASI — Ensto (ONESTO)
(Kawża T-624/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva ONESTO - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ENSTO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 129/37
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Yueqing Onesto Electric Co. Ltd (Zhejiang, iċ-Ċina) (rappreżentant: B. Piepenbrink, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ensto Oy (Porvoo, il-Finlandja) (rappreżentant: F. Teixeira Baptista, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Settembru 2011 (Każ R 2535/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ensto Oy u Yueqing Onesto Electric Co. Ltd.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Yueqing Onesto Electric Co. Ltd. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 32, 04.02.2012.
Full & Egal Universal Law Academy