3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/74
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2013 — Hostel drap vs UASI — Aznar Textil (MY drap)
(Kawża T-636/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MY drap - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti BON DRAP - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 225/164
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Hostel drap, SL (Monistrol de Montserrat, Spanja) (rappreżentant: C. Prat, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Aznar Textil, SL (Paterna, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Settembru 2011 (Każ R 2127/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aznar Textil, SL u Hostel drap, SL.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Hostel drap, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 65, 3.3.2012.
Full & Egal Universal Law Academy