24.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2014 – Euris Consult Ltd vs Il-Parlament
(Kawża T-637/11) (1)
([“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Malti - Regoli dwar il-modalitajiet ta’ trażmissjoni tal-offerti - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli dwar il-preżentazzjoni maħsuba sabiex tiġi ggarantita l-kunfidenzjalità tal-kontenut tal-offerti qabel jinfetħu - Eċċezzjoni ta’ inapplikabbiltà - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 98(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 - Artikolu 143 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002”])
2014/C 194/25
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Euris Consult Ltd (il-Furjana, Malta) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Darie u F. Poilvache, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u F. Dintilhac, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-18 ta’ Ottubru 2011 li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti tal-kuntratt pubbliku interistituzzjonali għal servizzi MT/2011/EU, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Malti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Euris Consult Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 32, 04.02.2012.
Full & Egal Universal Law Academy