15.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2013 — Boehringer Ingelheim International vs UASI (RELY-ABLE)
(Kawża T-640/11) (1)
(Trade mark Kommunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali RELY-ABLE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni superfluwa)
2013/C 171/52
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Boehringer Ingelheim International GmbH (Ingelheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck u C. Steudtner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Settembru 2011 (Kawża R 756/2011-4), li tikkonċerna r-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea tas-sinjal verbali RELY-ABLE.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Boehringer Ingelheim International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 58, 25.2.2012.
Full & Egal Universal Law Academy