25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2014 – Kimman vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-644/11 P) (1)
((“Appell - Appell inċidentali - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni - Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2009 - Regola ta’ qbil bejn ir-rikors u l-ilment - Artikolu 91(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Opinjoni tal-grupp ad hoc - Żnaturament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest tal-evalwazzjoni”))
2014/C 282/33
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Eugène Emile Marie Kimman (Overijse, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011, Kimman vs Il-Kummissjoni (F-74/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011, Kimman vs Il-Kummissjoni (F-74/10), hija annullata, minn naħa, peress li tiddikjara ammissibbli t-tieni motiv, l-ewwel sitt partijiet tat-tielet motiv u r-raba’ motiv, salv l-ilment li x-xogħol imwettaq mill-appellant fl-interess tal-istituzzjoni ma ttiħidx inkunsiderazzjoni, li tqajjem mill-appellant fil-kuntest tal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll, peress li l-Kummissjoni Ewropea ġiet ikkundannata li tbati, barra l-ispejjeż tagħha, kwart tal-ispejjeż relatati mal-imsemmija proċedura tal-appellant.
2)
L-appell prinċipali huwa miċħud.
3)
Ir-rikors ippreżentat minn Eugène Emile Marie Kimman quddiem Tribunal għas-Servizz Pubbliku huwa miċħud.
4)
E. Kimman huwa kkundannat iħallas l-ispejjeż kollha relatati kemm mal-ewwel istanza u kof ukoll mal-appell prinċipali.
5)
Kull parti għandha tbati l-sipejjeż tagħha fil-kuntest tal-appll inċidentali.
(1) ĠU C 65, 03.03.2012.
Full & Egal Universal Law Academy