3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/74
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2013 — Heath vs BĊE
(Kawża T-645/11 P P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Pensjonijiet - Żieda annwali - Rata ta’ żieda għas-sena 2010 - Retroattività - Dritt għal negozjar kolletiv)
2013/C 225/165
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Michael Heath (Southampton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Appellat: Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Embley u E. Carlini, u finalment minn E. Carlini u M. López Torres, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011, Heath vs BĊE (F-121/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Michael Heath għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk imġarrba mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 65, 3.3.2012.
Full & Egal Universal Law Academy