16.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2014 – Asos vs UASI– Maier (ASOS)
(Kawża T-647/11) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ASOS - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ASSOS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 184/45
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Asos plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Kavanagh, solicitor, u A. Edwards-Stuart, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Roger Maier (San Pietro di Stabio, l-Isvizzera) (rappreżentant: U. Lüken, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Ottubru 2011 (Każ R 2215/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Roger Maier u Asos plc.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
It-talba ta’ Roger Maier hija miċħuda.
3)
Asos plc hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
4)
R. Maier huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 58, 25.02.2012.
Full & Egal Universal Law Academy